President
Myriam Spiteri Debono

President
Myriam Spiteri Debono

Il-President tindirizza serata f’ġieħ il-poeta Malti George Zammit

Aċċettajt bil-qalb li din is-serata tittella’ hawn, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Għandi memorja ta’ meta kont tifla, meta kelli sitta jew seba’ snin, li darba mort ma’ missieri f’Villa Drusilla, għand l-avukat George Zammit, biex jieħu xi pariri fuq il-kera ta’ postijiet li kellhom mikrijin.

Dak l-episodju baqa’ stampat f’moħħi, u dejjem ammirajt l-istil tiegħu, sempliċi u kellu ħabta kif juża’ kliem li jfitihem mill-qarrejja kollha, irrispettivament mill-istandard akkademiku tagħhom. Dak li kien jikteb, kulħadd kien jifhmu.

Nara li fil-kitbiet tiegħu, apparti l-kitba stess, hemm ċertu spirtu u animu li mhux mill-poeżija biss, imma wkoll mill-proża, joħroġ il-fatt kemm kien raġel li jħobb in-natura u t-tradizzjonijeit tagħna. Kien iħobb lin-nies, għax kieku ma tkunx raġel li tħobb lin-nies, ma tasalx li dawk iż-żewġ karattri ta’ Wenzu u Rożi tpenġihom b’tali mod li tistħajjilhom ħerġin minn bejn il-link.

L-apprezzament, mil-lokalitajiet tagħna, tan-nies tal-lokal, hu importanti ħafna. Ngħid li hi ħasra li serata bħal din, b’dokumentarju bħal dak, ma tarawx kif tirranġaw mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, biex jidher fl-iskejjel. Nemmen li għandu jkun hemm inkoraġġiment biex isiru attivitajiet bħal dawn mill-Kunsilli Lokali. Xejn xejn, inħajru liż-żgħar tagħna li jimpenjaw ruħhom fl-istorja tagħna, il-lingwa tagħna, u f’dak kollu li hu ċiviku.

Hu b’hekk li nnisslu l-lealtà lejn pajjiżna; il-lealtà hi prezzjuża ħafna, u minnha joħroġ l-ispirtu li int trid tara lil pajjiżek u lil niesek aħjar – kemm lil Maltin oħra bħalek u lil dawk li jiġu jgħixu fostna.

F’George Zammit irridu napprezzaw ukoll il-ħidma letterarja tiegħu li bdiha u kattarha fi żmien meta l-apprezzament tal-letteratura Maltija kien għadu se jibda jitgħallem jimxi.

Kull riproduzzjoni ta’ dan id-diskors teħtieġ permess minn qabel mill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta. Jekk jogħġbok ikkuntattja l-Uffiċċju tar-Relazzjonijiet Pubbliċi fuq [email protected] u [email protected].

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.