The President of Malta

President Myriam Spiteri Debono

Search

Żjara ta’ korteżija mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Reġjonali tal-Ghana Shirley Ayorkor Botchwey

Il-President Myriam Spiteri Debono laqgħet żjara ta’ korteżija minn Shirley Ayorkor Botchwey, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Reġjonali tar-Repubblika tal-Ghana.

Il-President Spiteri Debono u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ghana ddiskutew il-kooperazzjoni bilaterali li hemm bejn Malta u l-Ghana f’diversi setturi. Iż-żewġ partijiet saħqu fuq l-importanza tal-kummerċ u l-investiment dirett barrani bħala mezz biex jissaħħu r-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi, filwaqt li nnotaw il-preżenza sinifikanti ta’ kumpaniji Maltin li diġà joperaw fil-Ghana. Il-Ministru Ayorkor Botchwey esprimiet l-apprezzament tagħha u enfasizzat is-sinifikat tal-ftuħ tal-Kummissjoni Għolja fil-Ghana, l-ewwel missjoni diplomatika Maltija fl-Afrika sub-Saħarjana.

Iż-żewġ partijiet għarfu l-importanza li tissaħħaħ il-Commonwealth bħala pjattaforma għall-istati membri tagħha fix-xena internazzjonali, b’mod partikolari fejn jidħlu kwistjonijiet relatati mat-tibdil fil-klima, l-istat tad-dritt u d-demokrazija, u l-istati gżejjer żgħar u li qed jiżviluppaw. F’dan ir-rigward, il-President Spiteri Debono saħqet fuq il-potenzjal tal-Commonwealth bħala organizzazzjoni multilaterali, li bħala korp, tista’ tikkontribwixxi vuċi waħda magħquda b’saħħitha fix-xena internazzjonali.

Skip to content