Midja
L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Ekwador, l-E.T. Jorge Edmundo Uribe Pérez, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.
Matul il-laqgħa mal-Eċċellenza Tagħha, l-Ambaxxatur sostna li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi jinsabu fil-bidu tagħhom iżda għandhom potenzjal kbir għal kollaborazzjoni konkreta f’diversi oqsma.
Min-naħa tagħha l-President, filwaqt li rringrazzjat lill-Ambaxxatur għall-kollaborazzjoni mill-qrib bejn iż-żewġ pajjiżi li nibtet fil-Kunsill ta’ Sigurta tan-Nazzjonijiet Magħquda bejn l-2023 u l-2024, ħeġġet biex jinbdew diskussjonijiet għal aktar kollaborazzjoni bilaterali fl-oqsma tal-konnettivita, l-edukazzjoni u l-farmaċewtika.



