Midja

Il-Ġimgħa filgħaxija, fil-Kastell Verdala fetħet uffiċjalment l-attività Kwareżima – Arti, Kult u Tradizzjoni, b’kunċert mill-Kor San Pietru fil-Ktajjen ta’ Birżebbuġa, u risflessjonijiet dwar il-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu.
Din l-attività unika hi miftuħa għall-pubbliku, u dawk li jattendu jistgħu jaraw artifatti uniċi u ta’ valur storiku importanti, fosthom esebiti li qatt qabel ma kienu esposti għall-pubbliku, u biċċiet tal-arti minn artisti lokali fosthom Antonio Mifsud, Christ Ebejer u l-familja Camilleri Cauchi.
Matul tmiem il-ġimgħa, dawk li jattendu jistgħu jżuru l-wirjiet, li jinkludu wkoll abbozzi, esebiti, statwi lifesize u vestwarju. Se jiġu organizzati wkoll diskussjonijiet, programmi mużikali u kunċerti, kif ukoll il-Purċissjoni Penitenzjali, fost oħrajn.