Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret il-wirja fotografika Women – Grace Above Battle kkurata mill-fotografu internazzjonali Reza Deghati bil-kollaborazzjoni tal-artisti Maltin Angie Conti, Charles Mifsud, Darrin Zammit Lupi, Lorella Castillo u Joseph P. Smith.
Il-wirja, li qed tittella’ fi Pjazza Tritoni u hi parti mill-MaltaBiennale’26, tiffoka fuq xbihat viżivi permezz tal-fotografija, li jirrikordjaw l-emozzjonijiet varji ta’ nisa minn madwar id-dinjali ħajjithom intmesset minn sitwazzjonijiet imwiegħra u ta’ tbatija.
Waqt li kienet qed iżżur din il-wirja, il-President fissret il-fotografija bħala l-iktar arti viżiva awtentika li tiddokumenta l-umanità u l-emozzjonijiet tan-nies. L-Eċċellenza Tagħha rrikonoxxiet il-ħidma tal-fotografi, fosthom dawk parti minn din l-esebizzjoni, li qed joħorġu r-reżiljenza tan-nisa li ffotografaw.