Midja
L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, attendiet iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum l-Ewropa, organizzata mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta u l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.
Fid-diskors tagħha, il-President fissret din iċ-ċelebrazzjoni bħala okkażjoni biex inġeddu l-valuri Ewropej li jgħaqqduna, imma wkoll opportunità biex nirriflettu fuq ir-rwol tal-Unjoni Ewropa fl-isfond tas-sitwazzjoni ġeopolitika attwali.
Il-President irreferiet għall-ideali u l-valuri tal-Unjoni Ewropea; il-valuri tad-dinjità u drittijiet tal-bniedem; il-libertà tal-individwu; id-demokrazija; l-ugwaljanza; is-saltna tad-dritt; u s-solidarjetà. Fissret dawn il-valuri bħala rilevanti iktar minn qatt qabel u li huma prinċipji b’saħħithom li għandhom jibqgħu jservu bħala l-gwida u l-kumpass morali tagħna.




