Midja

Il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, laqgħet lis-Segretarju Ġenerali tat-Turiżmu tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Eċċellenza Tagħha Shaikha Al Nuwais, waqt iż-żjara tagħha f’Malta għat-72 Laqgħa tal-Kummissjoni għall-Ewropa, fi ħdan l-Aġenzija għat-Turiżmu tan-Nazzjonijiet Uniti.
Matul il-laqgħa, il-President ferħet lis-Segretarju Ġenerali għall-ħatra tagħha fil-bidu ta’ din is-sena, u esprimiet it-tama tagħha għal progress kontinwu fil-promozzjoni tat-turiżmu bħala mutur ta’ opportunità ekonomika, impjiegi, u fuq kollox, relazzjonijiet bejn in-nies.
Min-naħa tagħha, is-Segretarju Ġenerali faħħret il-ħidma ta’ Malta fis-settur tat-turiżmu u r-rabta b’saħħitha u mill-qrib li hemm bejn is-Segretarjat Ġenerali li tmexxi u Malta.