Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, kellha laqgħa ta’ korteżija mas-Segretarju Eżekuttiv ġdid tal-International Institute for Justice and the Rule of Law (IIJ), Naoufel Gaied.
Waqt il-laqgħa, is-Segretarju Eżekuttiv ġedded l-impenn tat-tmexxija tal-IIJ sabiex jissaħħaħ ir-rispons tal-ġustizzja kriminali kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transnazzjonali.
L-IIJ twaqqaf f’Ġunju tal-2014 u għandu s-sede prinċipali tiegħu f’Malta, b’missjoni li jtejjeb il-kompetenzi tal-leġiżlaturi, il-pulizija, il-prosekuturi, l-imħallfin, l-uffiċjali korrettivi, u partijiet interessati oħra fis-settur tal-ġustizzja dwar kif jindirizzaw it-terroriżmu u attivitajiet kriminali transnazzjonali relatati fi ħdan qafas tal-istat tad-dritt.