L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali lill-Kummissarju Għoli mhux residenti l-ġdid ta’ Malta għar-Repubblika tas-Seychelles, l-E.T Omar Seguna.
Il-Kummissarju Għoli spjega l-ħidma li qed jippjana li jwettaq sabiex ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bejn Malta u s-Seychelles, fosthom fejn jidħlu t-turiżmu sostenibbli u l-edukazzjoni. Matul il-laqgħa saret enfasi wkoll fuq l-importanza tal-kollaborazzjoni fi ħdan fora internazzjonali, fosthom il-Commonwealth, bħala mezz biex iż-żewġ pajjiżi jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet u jippromwovu l-interessi komuni tagħhom.
Fi tmiem il-laqgħa, il-President awgurat lill-Kummissarju Għoli kull suċċess fil-ħidma diplomatika tiegħu.