Midja

L-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Rockestra b’risq il-Malta Community Chest Fund se ssir nhar is-Sibt 26 ta’ Settembru, u se tfakkar il-memorja tal-Maestro Aurelio Belli, li kien jorganizzaha minn qalbu u li tant ħadem u stinka għaliha.

Kien għalhekk li ntagħżlet it-tema ‘What a Wonderful World’, li hu wkoll it-titlu tal-kanzunetta favorita tal-Maestro Belli. Il-familja ta’ Aurelio Belli se tkun ukoll parti integrali mill-edizzjoni ta’ din is-sena, u martu Gloriana Arpa Belli se tkun waħda mill-artisti ewlenin.
Matul il-konferenza tal-aħbarijiet, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta fissret l-edizzjoni ta’ din is-sena bħala waħda emozzjonali.During the press conference, Her Excellency Myriam Spiteri Debono, President of Malta described this year’s edition as an emotional one.
“In-nuqqas tat-tbissima ta’ Maestro Belli u l-kuraġġ li kien jagħmlilna se nħossuhom, imma għandna tim li qed jaħdem fuq spettaklu sabiħ ħafna li se jagħmel ġieħ lill-memorja tiegħu,” fissret il-President ta’ Malta.