Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, kellha żjara ta’ korteżija mill-Awditur Ġenerali, Charles Deguara.
Matul il-laqgħa, l-Awditur Ġenerali ppreżenta lill-President kopja tar-Rapport Annwali u Finanzjarju tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għas-sena 2025.
Huwa rrimarka li matul dik is-sena ġew implimentati rakkomandazzjonijiet, jew ġie rreġistrat progress sinifikanti, fi 63% tal-proċessi ta’ verifika li nfetħu f’diversi entitajiet governattivi u parastatali.
Is-Sur Deguara rringrazzja lill-President għaż-żjara li għamlet fl-uffiċċji tal-NAO s-sena li għaddiet, u għall-appoġġ u l-fiduċja tagħha fix-xogħol tal-istituzzjoni.