Midja

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono żaret l-Arkivji Ċentrali fl-Isptar ta’ Santu Spirtu tar-Rabat ta’ Malta, fuq stedina tas-Sur Charles Farrugia, l-Arkivist Nazzjonali.
Il-President iltaqgħet mal-impjegati u voluntiera li jgħinu, u mat-tmexxija fejn ġie spjegat lilha d-diversi sezzjonijiet u x-xogħol li dawn jagħmlu.
It-tmexxija tal-Arkivji Ċentrali fl-Isptar ta’ Santu Spirtu tar-Rabat ta’ Malta enfasizzat l-urġenza li jkun identifikat sit sabiex jinbena arkivju nazzjonali skont l-aqwa kriterji fil-qasam tal-arkivjar ħalli jkunu salvagwardjati d-dokumenti li jiġbru l-istorja u l-memorja kollettiva tal-Maltin.