Il-President
Myriam Spiteri Debono

Il-President
Myriam Spiteri Debono

Żewġ Ambaxxaturi mhux residenti ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

Żewġ Ambaxxaturi mhux residenti ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.

Dawn huma:

L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika tal-Kosovo l-Eċċellenza Tagħha Nita Shala,

u

L-Ambaxxatur tan-Nepal l-Eċċellenza Tiegħu Shanil Nepal;The Ambassador of Nepal His Excellency Shanil Nepal;

L-Ambaxxatur tan-Nepal irrikonoxxa r-relazzjonijiet kordjali bejn Malta u n-Nepal u espressa l-interess partikolari tiegħu li jindirizza l-bżonnijiet tal-komunità Nepaliża f’Malta, li tikkonsisti f’aktar minn 11,000 ċittadin.

L-Ambaxxatur tan-Nepal irrikonoxxa r-relazzjonijiet kordjali bejn Malta u n-Nepal u espressa l-interess partikolari tiegħu li jindirizza l-bżonnijiet tal-komunità Nepaliża f’Malta, li tikkonsisti f’aktar minn 11,000 ċittadin.

L-Ambaxxatur tkellem ukoll dwar oqsma potenzjali ta’ kooperazzjoni, li tinkludi l-konnettività bejn in-nies, speċifikament fejn huwa involut it-turiżmu. Huwa rrimarka wkoll l-isforzi u l-progress ta’ Malta fis-settur agrikolu u qal li n-Nepal jistenna bil-ħerqa li jikkollabora ma’ Malta biex jikseb aktar għarfien dwar prattiki standard f’dan il-qasam.

Matul il-laqgħat, il-President Spiteri Debono ferħet lill-Ambaxxaturi għall-ħatra tagħhom.

President Myriam Spiteri Debono
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.