Midja
L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Nazzjonali tal-Italja.
Fid-diskors tagħha, il-President irrikonoxxiet ir-relazzjoni b’saħħitha bejn Malta u l-Italja, li hija bbażata mhux biss fuq il-prossimità ġeografika, iżda wkoll fuq il-ħbiberija u l-viżjoni komuni ta’ dinjità u paċi fil-Mediterran, li ż-żewġ naħat iqisu bħala fattur importanti.
F’dan ir-rigward, il-President esprimiet l-urġenza li pajjiżi oħra bħalma huma Malta u l-Italja, jużaw ir-riżorsi kollha tagħhom biex imexxu ‘l quddiem aġenda ta’ paċi fil-Mediterran u f’kull reġjun, u b’mod partikolari u intensiv, hija enfasizzat il-bżonn li tintemm il-sofferenza li eluf ta’ ċittadini fil-Lvant Nofsani, inklużi n-nisa u t-tfal, qed isofru minnha.




