Midja

Inizjattiva ġdida b’risq il-Malta Community Chest Fund bl-isem L-Istrina Palace Run se tlaqqa’ lill-atleti minn madwar Malta u Għawdex għal maratona li fuq perjodu ta’ erba’ snin se tkun inkorporat fiha t-tliet palazzi Presidenzjali.
L-ewwel parti ta’ din il-maratona, ‘The 10km L-Istrina Palace Run’, se ssir nhar il-Ħadd 15 ta’ Ġunju u ser tkun mill-Kastell Verdala sal-Palazz Sant’Anton.
Fi tmiem kull edizzjoni se jitqassmu midalji li flimkien se jgħaqqdu sett, bħala memorja storika li tirrappreżenta l-għaqda, il-perseveranza u l-impatt kollettiv, u tkun xhieda tal-ġenerożità ta’ kull wieħed u waħda minnhom. Dan minbarra premjijiet lill-ewwel tliet atleti fil-kategoriji rispettivi tagħhom.
Din l-inizjattiva, li nibtet minn idea tal-Maġġur Richard Vassallo, se tiċċelebra wkoll il-wirt kulturali Malti.