Midja

Waqt ċerimonja organizzata minn EkoSkola Nature Trust – FEE Malta, taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono tat rikonoxximenti lill-iskejjel li laħqu miri ta’ sostenibbiltà ambjentali stabbiliti mill-programm Eko Skola.
 
Matul iċ-ċerimonja kienu rikonoxxuti wkoll il-Kunsilli Lokali li kkontribwixxew u għenu lill-iskejjel rispettivi fil-lokalitajiet tagħhom, biex iwettqu l-inizjattivi ambjentali tagħhom.
 
F’diskors tal-okkażjoni, il-President ta’ Malta li l-istudenti huma kruċjali biex ikun protett l-ambjent u jkunu influwenzati d-deċiżjonijiet biex huma u l-ġenerazzjonijiet futuri jgawdu ambjent san.
 
Ħeġġet lit-tfal preżenti biex jemmnu fihom infushom u jersqu ‘l quddiem bl-inizjattivi tagħhom, waqt li jieħdu deċiżjonijiet mibnija fuq il-ġid komuni.