Midja
Waqt żjara ta’ korteżija mill-Imħallef Emeritu Silvio Meli, l-E.T. Myriam Spiteri Debono irċeviet ġabra ta’ pubblikazzjonijiet li kiteb matul il-karriera tiegħu.
Il-kotba ppreżentati huma ‘The Philosophy of Law, a Brief Introduction’, ‘Malta and European Union Competition Law’, ‘St. Augustine: His Times and Outlook. Oaths – Marriage – Justice’, ‘Legal Issues, Speeches and Identity’ u ‘Il-Kumpilazzjoni: skop, proċedura, u limitazzjonijiet.’
Matul il-laqgħa, l-Imħallef Emeritu kien akkumpanjat minn martu Maria Sylvana Meli u minn Maria Zammit, qariba tiegħu emigrata fl-Istati Uniti tal-Amerika fejn hi attiva f’diversi għaqdiet mhux governattivi.




