Midja
Fil-Palazz ta’ Sant’Anton, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, tat rikonoxximenti lill-infermiera u l-qwiebel li rtiraw matul din is-sena.
Fl-indirizz tagħha lil dawk preżenti, il-President irringrazzjat lill-uffiċjali tas-servizz tagħhom, u fissret ix-xogħol tagħhom bħala vokazzjoni li jwettqu għall-ġid tal-pazjenti, b’tant sagrifiċċju għalihom u għall-familji tagħhom.
Iċ-ċerimonja kienet organizzata mill-Florence Nightingale MUMN Benevolent Fund, li nħoloq mill-Union Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) biex jassisti lill-infermiera u l-qwiebel f’mumenti ta’ diffikultà minħabba l-mard.



