Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, ingħaqdet mal-komunità Indjana f’Malta għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Diwali; il-festival tad-dawl iċċelebrat b’mod partikolari mill-komunità Induwista madwar id-dinja.
F’indirizz matul iċ-ċerimonja, il-President irriflettiet fuq il-messaġġ ta’ tama ssimbolizzat fid-dawl li jikkaratterizza dan il-festival. Il-President irrikonoxxiet ukoll il-kontribut ekonomiku, kulturali u soċjali tal-komunità Indjana f’Malta, u aċċennat għall-importanza ta’ ħaddiema [ejjin minn din il-komunità li jaħdmu f’setturi importanti u li jsostnu l-pajjiż, fosthom il-kura medika u l-assistenza lill-anzjani.
Iċ-ċelebrazzjoni kienet organizzata mill-Maltese Indian Community, li tiġbor fiha familji ta’ Indjani li ilhom jgħixu madwar 150 sena, u f’Malta bnew in-negozju tagħhom, rabbew il-familji u integraw fis-soċjetà Maltija.





