Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, tat ir-rikonoxximent Ġieħ Għawdex lill-Kavallier Joe Bajada u lil Dun Michael Xuereb waqt serata ta’ Jum Għawdex organizzata miċ-Circolo Gozitano, Kunsill Reġjonali Għawdex u l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.

Fid-diskors tagħha, il-President fissret din iċ-ċerimonja u l-unuri li jingħataw bħala tifkira tal-milja li laħqu l-Għawdxin f’setturi differenti, u tixħet dawl fuq il- l-karattru ffukat u persistenti tal-Għawdxin.