Midja

Fil-Palazz ta’ Sant’Anton saret it-tnedija tal-ktieb ‘Ġorġ Borg Olivier – Il-bniedem, il-Politiku, il-Missier ta’ Malta Indipendenti’ miktub mill-ġurnalist veteran Michael Caruana.

F’diskors tal-okkażjoni, l-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono fakkret lil Borg Olivier għall-għaqal u l-kawtela fit-tmexxija u l-ħajja politika tiegħu.

Irrikonoxxiet ukoll li l-iżviluppi politiċi matul is-snin, fosthom 60 sena mill-Indipendenza, sarrfu fi prospetti u opportunitajiet għall-poplu Malti, frott ir-rieda tajba tal-politiċi xprunati mill-missjoni b’risq il-ġid tal-poplu.