Midja

L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono flimkien mad-delegazzjoni tagħha żaret l-Ambulatorio Madre di Misericordia. Hawn, il-President irrikonoxxiet il-ħidma li ssir f’din il-klinika u rringrazzjat lit-tmexxija tal-opportunità li tingħata lill-istudenti tal-mediċina Maltin, li ta’ kull sena jagħmlu esperjenza ta’ xogħol mal-pazjenti f’din il-klinika.

Waqt iż-żjara tagħha f’Ruma, il-President żaret ukoll l-Isptar Bambino Gesù li joffri kura speċjalizzata lit-tfal, u li ta’ kull sena jilqa’ pazjenti Maltin kif ukoll studenti tal-mediċina minn Malta.

S’issa, madwar 18-il student Malti kellhom din l-esperjenza f’Ruma, waqt li l-Isptar assista lil diversi ommijiet ta’ tfal li twieldu b’kundizzjonijiet mediċi serji.

Il-President u d-delegazzjoni tagħha kellhom diskussjoni mat-tmexxija tal-isptar dwar il-kura offruta, l-aħħar żviluppi fit-teknoloġija u l-mediċina, kif ukoll dwar il-kollaborazzjoni bejn dan l-Isptar u l-Iskola Medika Maltija.