Midja

Saret b’suċċess l-ewwel edizzjoni ta’ The 10KM L-Istrina Palace Run li ġabet flimkien kważi 800 parteċipant li ġrew mill-Kastell Verdala sal-Palazz ta’ Sant’Anton, f’inizjattiva ġdida b’risq The Malta Community Chest Fund.
Fl-ewwel kummenti tagħha qabel il-ftuħ tal-ġirja, l-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-konkorrenza għal din il-ġirja, u rringrazzjat lill-parteċipanti kollha għall-ġest tagħhom li se jkompli jsostni lill-Malta Community Chest Fund biex tkun hemm għal dawk kollha li jiġu bżonnha.