Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono attendiet għaċ-ċelebrazzjoni tas-60 anniversarju mill-ħolqien tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ordni ta’ Malta, li saret fil-Palazz tal-President, fil-Belt Valletta.
Fil-preżenza tal-Gran Mastru tal-Ordni ta’ Malta, Fra’ John Dunlap, u l-Gran Kanċillier Balí Riccardo Paternò di Montecupo, il-President aċċennat għar-rabta twila u storika tal-Ordni ta’ Malta ma’ pajjiżna.
Il-President irrikonoxxiet il-ħidma tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ordni ta’ Malta fil-qasam umanitarju, b’inizjattivi ta’ għajnuna finanzjarja, medika u għajnuna soċjali. Fissret kif din il-ħidma hija ħaġa waħda mal-kwalitajiet ta’ solidarjetà u ġenerożità tal-karattru Malti.






