Midja

Il-President Myriam Spiteri Debono żaret l-iskola Mariam AlBatool, fejn l-Imam Mohammed El Sadi ppreżenta donazzjoni b’risq il-Malta Community Chest Fund, li ngħatat f’isem l-istudenti u l-edukaturi ta’ din l-iskola. 

Matul iż-żjara tagħha, il-President ta’ Malta ngħaqdet mal-Imam Mohammed El Sadi għal mument ta’ talb fil-Moskea.