Midja

It-tim ta’ ċiklisti li se jipparteċipa fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-LifeCycle Challenge żar lill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Din is-sena, 19-il ċiklist se jaqdfu 2,000 kilometru f’għaxart’ijiem mill-Kenja u l-Uganda sakemm jaslu r-Rwanda.
Sa mill-ħolqien tal-LifeCycle Foundation fl-1999, ġenerazzjonijiet ta’ ċiklisti ħadu sehem f’din l-isfida li permezz tagħha nġabru iktar minn €4 miljun għar-riċerka u żdied l-għarfien u l-kuxjenza dwar pazjenti li jbatu minn mard tal-kliewi.
F’messaġġ liċ-ċiklisti u l-istaff li qed jappoġġjahom fit-taħriġ u l-preparazzjoni tagħhom, il-President irrikonoxxiet l-impenn tagħhom, b’sagrifiċċju personali u għall-familji tagħhom, u awguratilhom success.