Midja
Il-50 anniversarju tal-Malta School of Music kien iċċelebrat fil-Kastell Verdala, b’serata mużikali li saret taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta.
F’diskors tal-okkażjoni, l-E.T. Myriam Spiteri Debono nnotat li din l-iskola mużikali għandha storja kbira warajha, u ilha għall-aħħar ħamsin sena trawwem l-imħabba lejn il-mużika u l-istrumenti f’eluf ta’ studenti, li wħud minnhom bnew il-karriera tagħhom f’dan is-settur, kemm lokalment u internazzjonalment.
Il-President irrikonoxxiet il-kontribut tal-E.T. Agatha Barbara, li bħala l-ewwel Ministru tal-Kultura ta’ Malta ħadmet qatigħ biex inħolqot l-Iskola Maltija tal-Mużika.


