Midja

Il-Kummissarju Għoli għar-Repubblika tal-Indja, l-Eċċellenza Tagħha Rachita Bhandari, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

F’din il-laqgħa, il-President Spiteri Debono nnutat ir-relazzjoni dejjem tikber bejn iż-żewġ pajjiżi, fosthom hekk kif anke riċentement minn Malta bdiet l-esportazzjoni ta’ ikel u xorb Malti lejn dan il-pajjiż. Saret referenza għall-preżenza ta’ investiment sostanzjali f’Malta minn intraprendituri Indjani.

Waqt id-diskussjoni ż-żewġ naħat qablu wkoll li lesti jfittxu aktar oqsma ta’ kooperazzjoni bejniethom għaż-żmien li ġej.