Midja

Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka, l-Eċċellenza Tiegħu Arjuna Rodrigo, ippreżenta l-ittri ta’ kredenzjali tiegħu lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

Il-Kummissarju Għoli għaraf l-impenn ta’ Malta favur il-paċi fuq livell internazzjonali f’fora bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-Commonwealth, filwaqt li tkellem ukoll dwar il-potenzjal li tista’ toffri r-relazzjoni bilaterali b’mod speċjali f’setturi bħall-edukazzjoni u t-turiżmu.