Midja

It-Tliet Slaten Maġi li jinsabu fi triqithom lejn Betleħem f’Għajnsielem żaru l-Palazz ta’ Sant’Anton fejn ippreżentaw ir-rigali quddiem il-maxtura tal-Bambin Ġesu, fil-presepju armat fil-bitħa tal-Palazz.
 
Din iż-żjara kienet opportunità unika għall-istudenti taċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Wardija, u l-ġenituri tagħhom, li kienu mistiedna mill-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono biex jassistu għall-wasla tal-Maġi.