Midja

Waqt ċerimonja li saret fil-Palazz ta’ Sant’Anton, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta tat ir-rikonoxximent u l- Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija 2026 lil Jayana Chircop.
Dan il-premju huwa organizzat mil-Laboratorju tal-Paċi, immexxi minn Patri Dijonisju Mintoff, u jirrikonoxxi tfal li b’mod regolari jwettqu ġesti ta’ tjubija ma’ tfal oħra fil-ħajja ta’ kuljum.
Din is-sena, ir-rebbieħa Jayana Chircop li għandha 11-il sena kienet rikonoxxuta talli minn rajha u mingħajr ħadd ma jisfurzaha tgħin bil-qalb kollha lil Cataleya Borg, tifla fil-klassi tagħha li għandha bżonn l-għajnuna u l-wens.
Fid-diskors tagħha wara l-preżentazzjoni tal-midalja tal-Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, indirizzat lil dawk preżenti u fissret il-ġesti ġenwini ta’ Jayana bħala eżempju li l-adulti għandhom isegwu bħala bażi tal-paċi bejn individwi u ġnus.In her speech following the presentation of the Pope John XXIII Prize for Goodness medal, Her Excellency Myriam Spiteri Debono, President of Malta, described Jayana’s genuine gestures as an example that adults should follow as a basis for peace between individuals and nations.