Midja
L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono ospitat lill-komunità Rumena Ortodossa f’Malta u l-Parroċċa ta’ San Ġwann il-Battista għal serata kulturali fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
L-attività, bit-tema “Queen Marie of Romania – Faith, Family and Identity: A Bridge between Romania and Malta”, saret taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, u kkommemorat il-140 sena mill-wasla tar-Reġina Marie tar-Rumanija f’Malta fl-1886.
Permezz ta’ preżentazzjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż, immirati għat-tfal, kif ukoll ilbies u mużika tradizzjonali Rumena, ġew iċċelebrati l-valuri tal-familja, il-fidi, l-ospitalità, il-wirt kulturali u l-ħbiberija bejn Malta u r-Rumanija.
Dan il-proġett hu ffinanzjat mill-Gvern Rumen minn fondi ddedikati għall-komunitajiet tar-Rumeni li jgħixu barra mill-pajjiż.




