Midja

 L-E.T. il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono żaret Palazzo Magistrale, is-sede tal-Ordni Ospitalier Militari Sovran ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm, ta’ Rodi u ta’ Malta.

Matul laqgħa mal-Gran Mastru, Fra’ John John T. Dunlap, huma ddiskutew ir-rabtiet storiċi bejn Malta u l-Ordni, li jmorru lura snin twal.

Il-President Spiteri Debono u l-Gran Mastru ddiskutew ukoll diversi suġġetti ta’ interess komuni, b’mod speċjali l-valuri u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ, kif ukoll il-bżonn ta’ ħidma favur il-paċi fuq livell globali.