Midja

Bħala parti mill-kampanja ta’ L-Istrina Bov Piggy Bank Campaign, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret l-Iskola Primarja ta’ Sant’Iermu, il-Belt Valletta.

Il-President wasslet messaġġ lill-istudenti u l-edukaturi dwar l-importanza li jkunu solidali mal-oħrajn, u ħeġġithom sabiex jagħtu sehemhom fil-kampanja b’risq il-Malta Community Chest Fund.

F’din l-okkażjoni l-President wieġbet numru ta’ mistoqsijiet li għamlulha l-istudenti fuq suġġetti varji.