Midja
L-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono żaret l-Ambulatorio Madre di Misericordia, fejn iltaqgħet mat-tmexxija ta’ din il-klinika u ngħatat dettalji tal-ħidma li ssir minna, b’mod speċjali ma’ dawk emarġinati u foqra.
Il-Presidenza assistiet lill-Ambulatorio b’donazzjoni li permezz tagħha kien possibbli l-akkwist ta’ apparat mediku ġdid speċjalizzat għal testijiet ta’ ekografija.
Ta’ kull sena, l-Ambulatorio joffri wkoll l-opportunità li studenti tal-mediċina Maltin jagħmlu esperjenza ta’ xogħol waqt li jgħinu lill-pazjenti li jirrikorru għal din il-klinika.