Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, laqgħet lill-E.T. Djoeke Adimi-Koekkoek, l-Ambaxxatriċi tar-Renju tan-Netherlands għal Malta, għal laqgħa ta’ tislima fi tmiem il-missjoni diplomatika tagħha f’pajjiżna.

Il-President irringrazzjat lill-Ambaxxatriċi għall-ħidma diplomatika tagħha matul il-mandat tagħha f’Malta u awguratilha kull suċċess fil-missjoni diplomatika l-ġdida li se tkun qed twettaq f’pajjiż ieħor.

L-Ambaxxatriċi kienet akkumpanjata mid-Deputat Kap tal-Ambaxxata tar-Renju tan-Netherlands f’Malta, Gerco Broekstra.