Midja

Il-President Myriam Spiteri Debono sellmet il-memorja tal-vittmi tas-7 ta’ Ġunju 1919 hekk kif dalgħodu poġġiet kuruna ta’ fjuri mal-Monument tas-Sette Giugno 1919 fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta bħala parti miċ-ċerimonji ta’ tifkira organizzati minn Festivals Malta.