Midja

 L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, żaret iċ-Chiswick House School bħala parti mill-kampanja L-istrina BOV Piggy Bank.

Il-President iltaqgħet mal-istudenti, u fissret din il-kampanja bħala ġest ta’ ġenerożità, kompassjoni u empatija ma’ dawk fil-bżonn, li jsibu l-appoġġ tal-Malta Community Chest Fund. L-Eċċellenza Tagħha ħeġġet lill-istudenti biex jikkontribwixxu b’risq il-kampanja Piggy Bank, u biex ikunu hemm għal xulxin.

L-istudenti kellhom l-opportunità wkoll li jsiru jafu lill-President, u l-ħidma tagħha, waqt sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet.