Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, żaret Fresher’s Week tal-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela, magħruf aħjar bħala l-Junior College, tal-Imsida.

Matul iż-żjara tagħha, il-President tkellmet mal-istudenti li qed jesperjenzaw il-bidu ta’ dan il-vjaġġ edukattiv ġdid għalihom, kif ukoll iltaqgħet mal-għaqdiet u entitajiet, kemm studenteski, governattivi u privati li jassistuhom matul is-sena skolastika.