Midja

Bħala parti mill-kampanja BOV L-istrina Piggy Bank, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, żaret il-Kulleġġ Santu Wistin f’Tal-Pietà.

Il-President ħeġġet lill-istrudenti biex jgħixu ħajja mibnija fuq il-valuri ta’ verità u inklużjoni, ma’ min għaddej minn esperjenza ta’ mard u tbatijiet oħra. Ħeġġithom ukoll biex jikkontribwixxu għal din il-kampanja, ħalli min jirrikorri għand l-MCCF isib l-għajnuna finanzjarja u l-appoġġ meħtieġ mill-Malta Community Chest Fund.

Ir-rettur tal-Kulleġġ, Patri David Cortis, innota li l-ethos tal-edukazzjoni Agostinjana hi bbażata fuq il-valuri tal-verità u l-komunità.