Midja

F’nhar l-Ewwel tas-Sena, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret Festa ta’ Ġenerożità; il-maratona annwali b’risq il-ħidma tad-Dar Tal-Providenza.

Fil-messaġġ tagħha, il-President irrikonoxxiet il-ħidma li ssir mid-Dar tal-Providenza, biex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar, jirċievu l-attenzjoni u t-terapija li għandhom bżonn, fl-istess waqt li jingħata serħan il-moħħ lill-familji tagħhom.