Midja
L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret il-Middle School tar-Rabat, Malta, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Nikola, bħala parti mill-kampanja L-istrina BOV Piggy Bank.
Waqt sessjoni li matulha wieġbet għall-mistoqsijiet tal-istudenti, il-President tkellmet dwar l-importanza tal-kuxjenza ċivika, u fakkrithom li huma lkoll se jkunu mexxejja diversi f’Malta u Għawdex, fi sferi differenti. Għalhekk appellat lill-istudenti biex iħaddnu l-valuri ta’ L-istrina BOV Piggy Bank, u jgħixuhom fil-ħajja ta’ kuljum, għaliex fis-solidarjetà nsibu ż-żerriegħa tal-vokazzjoni ta’ tmexxija.
Il-President kienet akkumpanjata minn uffiċjali tal-Malta Community Chest Fund u tal-Bank of Valletta, li appoġġja din il-kampanja sa mill-ħolqien tagħha, 23 sena ilu.





