Midja
Bħala parti mill-kampanja L-istrina BOV Piggy Bank, il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono żaret is-St Catherine’s High School ta’ Pembroke.
Waqt li indirizzat lill-istudenti, l-Eċċellenza Tagħha tkellmet dwar l-importanza ta’ din il-kampanja biex studenti bħalhom jingħataw l-appoġġ li jkollhom bżonn biex jgħixu kemm jista’ jkun ħajja normali quddiem problemi ta’ saħħa jew sfidi soċjali.
L-istudenti kellhom ukoll l-opportunità li jistaqsu diversi mistoqsijiet lill-Eċċellenza Tagħha, fejn esprimew interess b’mod partikolari dwar il-ħidma tagħha bħala President ta’ Malta, il-karita u r-rwol ta’ L-istrina, kif ukoll il-ħsibijiet tal-President dwar il-kultura u s-soċjetà Maltija.




