Midja

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret lill-impjegati kollha tal-Awtorità tal-Artijiet fil-Berġa tal-Baviera, il-Belt Valletta.

F’messaġġ li wasslet għal din l-okkażjoni l-President irringrazzjat lill-ħaddiema tal-awtorità għad-dedikazzjoni tagħhom, filwaqt li appellat li dawn għandhom “ikunu kburin li r-responsabbiltà tagħhom iwettquha b’impenn, fedeltà u dedikazzjoni.”