Midja
L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono żaret l-Iskola Helen Keller, li tilqa’ fi ħdanha studenti b’diffikultajiet kumplessi ta’ tagħlim.
Il-President ta’ Malta kellha l-opportunità li tara l-faċilitajiet ta’ tagħlim u terapija li toffri din l-iskola, kif ukoll id-dedikazzjoni u l-imħabba tal-edukaturi.
Matul iż-żjara, il-President irringrazzjat lill-edukaturi għall-missjoni tagħhom, b’mod speċjali ma’ studenti li għandhom bżonn attenzjoni partikolari.
L-Eċċellenza Tagħha rrikonoxxiet ukoll ir-rwol fundamentali li dawn l-edukaturi għandhom fis-soċjetà, biex l-istudenti ma jkunux esklużi u jħossuhom maħbuba daqs kull student u studenta oħra.


