Midja

Il-President ta’ Malta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, żaret l-Iskola Primarja Tumas Dingli ta’ Ħ’Attard, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Nikola.

Din is-sena, id-donazzjonijiet li l-istudenti s-soltu jagħtu biex jinxtraw dekorazzjonijiet għas-siġra tal-Milied tal-iskola se jmorru b’risq il-kampanja nazzjonali L-istrina.

 Iż-żjara kienet parti minn sensiela ta’ żjarat tal-President madwar Malta u Għawdex, bħala parti mill-kampanja BOV L-istrina Piggy Bank.