Midja
Bħala parti mill-kampanja L-istrina BOV Piggy Bank, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, żaret l-iskola primarja ta’ San Ġwann, parti mill-Kulleġġ Santa Klara.
F’messaġġ lill-istudenti, il-President ħeġġithom biex jikkontribwixxu b’risq din il-kampanja, u jkomplu jgħinu lil xulxin, biex dawk kollha fil-bżonn ikunu megħjuna.
Il-President irrikonoxxiet ukoll l-impenn tal-iskola f’diversi inizjattivi li jixhdu l-altruwiżmu tal-istudenti, fosthom bħala parti mill-kampanja EkoSkola u l-għajnuna li taw l-istudenti lis-Sorijiet tal-Orsolini.
Parti mill-attività kienet tinkludi wkoll sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet mill-istudenti lill-President, dwar diversi temi.



