Midja

Il-President Myriam Spiteri Debono żaret l-Iskola Sekondarja tal-Ħamrun, magħrufa aħjar bħala l-Liċeo, bħala parti mill-kampanja BOV L-istrina Piggy Bank.

Meta kienet qed tindirizza lill-istudenti, il-President faħħret ir-rwol tagħhom fil-ħajja ta’ kuljum tal-iskola, u ħeġġithom biex iżommu dan l-impenn anke fil-ħajja ta’ kuljum.

Iż-żjara kienet tinkludi wkoll sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet li matulha l-istudenti kellhom l-opportunità jitkellmu mal-Eċċellenza Tagħha dwar ir-rwol u x-xogħol tagħha bħala President.