Midja
Bħala parti mill-kampanja tal-Istrina BOV Piggy Bank Campaign, l-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, nhar il-Ħamis li għadda, żaret l-Iskola Sekondarja tal-Mosta, Lily of the Valley, tal-Kulleġġ Marija Reġina.
Fil-messaġġ tagħha lill-istudenti, il-President saħqet fuq l-importanza tal-inklużjoni, ir-rispett u t-tolleranza, filwaqt li ħeġġithom jilqgħu fosthom studenti minn kulturi differenti sabiex kulħadd iħossu parti mill-komunità skolastika.
Il-President enfasizzat ukoll kif il-Piggy Bank Campaign tgħin biex titrawwem kuxjenza soċjali minn età żgħira, u fakkret li s-solidarjetà tista’ tintweramhux biss permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji, iżda wkollbilli wieħed jagħti mill-ħin tiegħu lildawk fil-bżonn.




