Midja
L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, żaret Freshers’ Week tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), fil-bidu tas-sena skolastika.
Fil-bidu taż-żjara tagħha, il-President assistiet għal esibizzjoni artistika u kulturali minn grupp ta’ studenti Ċiniżi li qed jistudjaw fl-ITS bħala parti minn kollaborazzjoni li l-Istitut għandu max-Shanghai Industrial and Commercial Polytechnic fiċ-Ċina.
It-tmexxija tal-ITS spjegat lill-President kif dawn il-kollaborazzjonijiet wasslu għall-ogħla numru ta’ studenti li għażlu lill-ITS, qed jarrikkixxu l-esperjenza edukattiva u l-għarfien kulturali u jiftħu orizzonti ġodda għall-istudenti tiegħu fl-industrija tal-ospitalità.






